Lokali

Carmelo Abela jkompli jipprova jiġġustifika dak li kkundanna l-Kummissarju għall-Istandards

Jisfida dak li qed jgħidu l-istituzzjonijet

Il-Ministru Carmelo Abela qed jibqa’ jipprova jiġġustifika dak li kkundanna l-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler.

Jumejn ilu George Hyzler f’rapport ta’ 62 paġna iddikkjara b’mod ċar ħafna li flus li Carmelo Abela kiser l-istandards tal-etika meta nefaq ‘il fuq minn €7,000 f’reklami. Hyzler qal li r-reklami li fuqhom inteqfu dawn il-flejjes ma kellhom l-ebda valur ta’ informazzjoni għall-pubbliku, u kienu ntiżi biss biex jipprommwovu lil Carmelo Abela.

Madankollu jiderh li dan il-kliem ma daqq xejn sew mal-Ministru li aktar kmieni llum taha għal Facebook biex jiddefendi ruħu u saħansitra qal li r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards “mhuwiex it-tmies tal-proċess”.

Sinjal ċar li l-Ministru qed jibqa jisfida dak li qed jgħidu l-istituzzjonijiet.