Futbol Sport

Chris Smalling vittma ta’ serqa fid-dar tiegħu fl-Italja

Chris Smalling flimkien mal-familja tiegħu sfaw vittma ta’ serqa armata fid-dar tagħhom fl-Italja, fejn il-ħallelin serqu diversi oġġetti ta’ valur fosthom arloġġi, ġojjelerija u flus kontanti.

Skond rapporti jidher li l-ħallelin armati daħlu mit-tieqa tal-kamra tas-sodda ta’ Smalling, fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu. Id-difensur ta’ Roma kien jinsab id-dar hekk kif ilbieraħ ma kienx involut fil-partita ta’ Roma kontra Ajax fil-UEFA Europa League.

Il-ħallelin ħadu magħhom tliet arloġġ tad-ditta Rolex, ġojjelerija kif ukoll madwar 300 ewro fi flus kontanti.

Aktar kmieni dan l-istaġun il-kowċ ta’Roma Paoli Fonseca ukoll safa’ vittma ta’ serqa fid-dar tiegħu kif ukoll il-plejer ta’ Lazio Joaquin Correa.