Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19:Imutu żewġ persuni – 27 każ ġdid

Huma 27 il-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa – dan ifisser li t-total ta’ każi rreġistrati sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna issa qed jammontaw għal 29,860.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ġew irreġistrati żewġ fatalitajiet kawża tal-firxa tal-virus, żewġt irġiel it-tnejn ta 67 sena li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.

Għaldaqstant il-vittmi tal-pandemija żdiedu għal 405.

Dan filwaqt li l-persuni rreġistrati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa kienu jammontaw għal 30 bit-total ta’ mfejqa jkun dak ta’ 28,872 bil-każi attivi issa jammontaw għal 583.

Sal-Ħamis it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 80,671.