Futbol Sport

Everton u Tottenham itemmu fi draw f’partita pjaċevoli

(Ritratt: EPA)

Everton u Tottenham temmew fi draw ta’ 2-2 biex b’hekk baqgħu fil-posizzjonijiet ripsettivi tagħhom fil-klassifika tal-Premier League.

Tottenham fetħu l-iskor fis-27 minuta meta wara żball difensiv ta’ Michael Keane, approfitta l-attakkant prolifiku HARY KANE li skorja l-20 gowl tiegħu dan l-istaġun. B’dan il-gowl Kane sar ir-raba’ plejer fl-istorja tal-Premier League li skorja 20 gowl għall-ħames staġuni. Minkejja dan Everton kisbu l-gowl tad-draw fil-31 minuta meta Sergio Regullion waqqa’ lil James Rodriguez fil-kaxxa, b’GYLFI SIGURDSSON jiskorja mill-ħdax-il metru.

Everton dawwru l-iskor biex marru fil-vantaġġ fit-62 minuta meta minn cross ta’ Sheamus Coleman, reġa kien GYLIF SIGURDSSON li xeħet fix-xibka għal 2-1. Madanakollu Tottenham kisbu l-gowl tad-draw seba’ minuti wara meta għal darb’oħra reġa’ kien HARRY KANE li apporfitta minn inċertezza fid-difiża u tefa’ ġewwa għal 2-2.