Futbol Sport

Il-Futsal Malta Association b’ kollaborazzjoni ma’ MB Consult

Illum il-Futsal Malta Association iffirmaw ftehim ma’ MB Consult fejn iż-żewġ partijiet se jkunu qed jaħdmu flimkien sabiex jiffurmaw relazzjoni formali.

FIlwaqt li l-Futsal Malta Association hija assoċjazzjoni sportiva, MB Consult hija kumpanija li tispeċjalizza fit-taħriġ u l-edukazzjoni. Dan il-ftehim se jwassal għal kollaborazzjoni aktar sħiħa bejn il-partijiet, lie enetwalment iwasslu għal aktar porġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea, relazzjonijiet strateġiċi kif ukoll il-ftuħ ta’ akkademija professjonali.

Il-ftehim kien iffirmat mit-Teżorier tal-FMA Matthew Borg kif ukoll mir-rappreżentat ta’ MB Consult Martin Borg, fil-preżenza tal-president tal-assoċjazzjoni Mark Borg u l-viċi president Claudia Azzopardi. Dan il-ftehim juri biċ-cċar il-ħidma li qed twettaq l-FMA sabiex tiżviluppa il-logħba tal-futsal f’pajjiżna.