Il-Ministru Clayton Bartolo, li huwa responsabbli mis-settur tal-catering, m’għandux idea kemm kellhom jagħlqu ristoranti fl-aħħar xhur minħabba problemi finanzjarji li ffaċċjaw.
Wara li lbieraħ l-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering l-ACE qalet li wieħed minn kull ħames ristoranti kellu jagħlaq darba għal dejjem il-bibien tiegħu fl-aħħar xhur, illum, mistoqsi jivverifika dan, il-Ministru Clayton Bartolo kkonferma li ma jafx kemm għalqu ristoranti tant li qal li se jkun qed jagħmel stħarriġ dwar dan.
Il-Ministru mar pass lil hinn minn hekk u saħansitra tefa’ dubju fuq dak li qalet l-ACE meta qal li l-istqarrija saret meta tkellmu ma’ suppliers u mhux mar-ristoranti.
Sadanittant, għal darboħra, il-Ministru baqa’ ma kkonfermax meta se jkunu jistgħu jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom dawn l-istabbilimenti.
//= $special ?>