Lokali

“Jinsabu litteralment imkissrin” – Jason Micallef dwar in-negozji fil-Belt

Iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency, Jason Micallef f’post twil fuq Facebook prattikament ammetta l-falliment tal-Gvern li jissalvagwardja n-negozji tal-Belt Valletta.

Fi kliem Micallef, dawn in-negozji “kollha, mingħajr eċċezzjoni jinsabu litteralment imkissrin”.

Il-fatt li l-istabbilimenti tal-ikel ilhom magħluqin il-ġimgħat u l-barijiet ix-xhur, kompla kisser in-negozju fil-kapitali.

Micallef ammetta li kienu biss il-miżuri restrittivi ta’ dan l-aħħar li għenu biex titrażżan il-firxa tal-virus – miżuri li bosta stakeholders kienu saħqu li kellhom jittieħdu xhur qabel – u qal li dawn in-negozji issa ma jifilħux aktar.

“L-ebda għajnuna finanzjarja tal-Gvern mhu se ssalvahom” qal Micallef filwaqt li saħaq li jekk dawn l-istabbiliment mhux se jintefħu fl-1 ta’ Mejju se jfisser ħafna inkwiet għalihom.

Sal-lum, il-Gvern għadu ma ta l-ebda indikazzjoni dwar il-ftuħ ta’ ristoranti u barijiet, u fl-aħħar jiem Clayton Bartolo, il-Ministru tat-Turiżmu, qal li qed jistenna indikazzjoni dwar meta possibilment ikunu jistgħu jinfetħu, bis-sidien jibqgħu jitħallew fl-għama dwar id-destin tagħhom.

Ikkummenta