Lokali

L-Arċisqof Emeritu jaqleb għall-aħjar

L-Arċisqof Emeritu, Monsinjur Pawlu Cremona ilbieraħ filgħaxija ħareġ mill-Isptar wara li qaleb għall-aħjar.

Mons. Cremona kien rikoverat l-Isptar Mater Dei għal dawn l-aħħar jiem wara li sarlu intervent kirurġiku f’qalbu.

Stqarrija tal-Kurja Arċiveskovili tgħid li Mons. Cremona jinsab lura fid-Dar tal-Kleru u rringrazzja lil dawk kollha li talbu għalih f’dawn il-jiem