Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal eliminat mill-Monte Carlo Masters

Fis-sorpriża tal-kwarti finali fil-Monte Carlo Masters is-seed numru tlieta Rafael Nadal ġie eliminat minn Andrey Rublev f’partita li ntemmet 6-2 4-6 6-2.

Fil-kwarti finali oħra Dan Evans kompla javvanza wara li fir-rawnd ta’ qabel elimina li Novak Djokovic, biex fil-kwarti finali għeleb lil David Goffin 5-7 6-3 6-4.

Casper Ruud għadda għas-semi finali wara li għeleb lit-Taljan Fabio Fognini 6-4 6-3.

Finalment, Stefanos Tsitsipas ħa walkover fuq Alejandro Folkina wara li fl-ewwel set kien qed jirbaħ 7-5, biex fit-tieni set Folkina kellu jirtira minħabba injury.

Fis-semi finali Dan Evans jilgħab kontra Stefanos Tsitsipas filwaqt li Casper Ruud se jiltaqa’ kontra Andrey Kublev