Coronavirus Lokali Saħħa

RAPPORTI: Ir-ristoranti mistennija jiftħu f’Mejju – l-barijiet se jibqgħu magħluqa

Rapporti qed jindikaw li r-ristoranti f’pajjizna mistennija jiftħu f’Mejju li gej. Madanakollu, l-barijiet u l-każini mistennija jibqgħu magħluqin. Dan hekk kif l-Awtoritajiet tas-Saħħa għadhom qed jevalwaw kull eventwalità …u l-effetti tal-firxa tal-pandemija tal-Covid-19.

Hu mifhum li fl-ewwel ġimgħat ta’ Mejju mistenni jingħata l-permess sabiex ir-ristoranti jibdew jilqgħu il-klijenti lura. U ftit wara, pajjiżna jerġa’ jiftaħ għat-turiżmu internazzjonali.

Ta’ min wieħed jinnota li s-sidien tal-barijiet u l-każini, ilhom bl-istabbilimenti tagħhom magħluqa kompletament għal dawn l-aħħar 6 xhur.

Intant, it-Times irrapportat li t-tiġijiet se jitħallew jiġu organizzati biss meta r-ristoranti jkunu permessi joperaw. Dan filwaqt li s-sidien qed jappellaw sabiex jiġu avżati minn qabel meta u kif se jitħallew jiftħu, bil-għan li jilħqu jippreparaw il-ftuħ mill-ġdid tagħhom bil-galbu kollu.