Coronavirus Lokali

Se jkollna bżonn it-tielet doża tal-Pfizer?

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Pfizer ħabbar li hemm probabbiltà kbira illi dawk kollha li qed jieħdu t-tilqima tagħhom kontra l-Covid-19 ikollhom bżonn jieħdu t-tielet doża, jew xi forma ta’ booster. Din it-tielet doża possibilment li tingħata bejn sitt xhur u sena minn meta persuna jkun tlaqqam.

Fil-każ ta’ Malta, dan ifisser li sal-aħħar tas-Sajf, bosta anzjani jkunu jeħtieġu jieħdu t-tielet doża tat-tilqima.

Ir-riċerka s’issa qed turi li l-effett tal-vaċċin idum fuq il-bniedem sa sitt xhur. Iżda l-istudji dwar dan għadhom għaddejin.

Il-vaċċin tal-Pfizer huwa 91% effettiv fil-protezzjoni mill-virus, u 95% effettiv kontra l-effetti serji ta’ din il-marda.