Internazzjonali

Sparatura oħra fl-Istati Uniti; jinqatel tfajjel ta’ 13-il sena

Jismu Adam Toledo l-aħħar vittma ta’ sparatura kontroversjali fl-Istati Uniti; każ illi seħħ f’Chicago u li ġab miegħu aktar protesti fit-toroq.

Il-vittma kellu 13-il sena. Filmati imxandra fl-aħħar sigħat juru lil Toledo b’uffiċjal tal-Pulizija jiġri warajh fi triq mudlama. Il-Pulizija jinstema’ iwaqqfu, iżda meta t-tfajjel għolla idejh jinstema’ tir li ġie sparat. U wara, ix-xena tal-vittma mal-art.

Jirriżulta li dan il-każ seħħ fid-29 ta’ Marzu li għadda, iżda kien biss issa li ħarġu dawn il-filmati grafiċi.

Ftit wara seħħ il-qtil ta’ Daunte Wright f’Minneapolis, li ukoll ġab miegħu rabja kbira madwar l-Istati Uniti.