Atletika Sport

Titnaqqas is-sospensjoni ta’ Christian Coleman b’sitt xhur

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion mondjali tal-100 metru Christian Coleman kellu is-sospensjoni tiegħu mnaqqsa minn sentejn għal tmientax-il xahar, wara appell fil-Qorti tal-Arbitrazzjoni għall-Isport (CAS).

Coleman kien ingħata is-sospensjoni f’Ġunju tal-2020 wara li falla li jieħu sehem fi tliet okkażjoni separati, f’testijiet relatati mad-doping fl-atletika, bl-aħħar darba tkun f’Diċembru tal-2019.

Minkejja li tnaqqsitlu is-sospensjoni, Coleman xorta waħda mhux se jlaħħaq jieħu sehem fl-Olimpkadi ta’ Tokyo, iżda se jkun jista’ jiddefendi t-titli tiegħu indoor u outdoor is-sena d-dieħla.

Fil-verdett tagħha l-Athletics Integrity Unit saħqet li ma sabet l-ebda evidenza li Coleman seta’ ħa xi sustanza projbita, iżda rrimarkat li Coleman kellu atitudni ħażina ħafna fl-obligazzjonijiet tiegħu li jipparteċipa f’testijiet tad-doping.

L-Amerikan ta’ 25 sena, kien rebaħ id-deheb fil-100 metru fil-Kamjonati Mondjali li saru f’Doha fl-2019, u jżomm ir-rekord tas-60 metru sprint indoor.