Sport Sport Ieħor

Titnieda it-Together Gaming Solutions Fairplay Award

F’konferenza organizzata mill-Għaqda Ġurnalist Sport, tnediet it-Together Gaming Solutions Fair Play Award li se tkun qed tingħata kull tliet xhur lill-atleti li jkunu wettqu ġest ta’ fair play waqt li qed jikkompetu fl-isport rispettiv tagħhom.

Indirizzaw din il-konferenza is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport Lorraine Cunnigham, id-direttur maniġerjali ta’ Together Gaming Solutions Benjamin Delsinger, id-Direttur ta’ Together Gaming Solutions Edwin Licari kif ukoll il-President ta’ AIPS Europe u ċ-Chairman tal-Malta Fair Play Movement Charles Camenzuli.

Il-President ta’ AIPS Europe spjega kif il-Malta Fair Play Movement se jkun qed janalizza episodji ta’ fair play biex kull tliet xhur tingħata din l-award lill-isportivi li jkunu wettqu ġest ta’ fair play. Il-panel li se jiġġudika ir-rebbieħa ta’ din l-award hu magħmul minn; Charles Camenzuli, Kevin Azzopardi, Pierre Cassar, Adele Muscat u Joe Borg Cardona.

L-assoċjazzjonijiet se jkun mitluba li jdaħħlu episodji ta’ fair play quddiem il-panel kull tliet xhur, biex imbagħad tingħata wkoll award fl-aħħar tas-sena lill-atleti li jkunu denji ta’ dan l-award.

Fl-aħħar tal-koferenza il-President ta’ AIPS Europe Charles Camenzuli preżenta memento ta’ rikonoxximent lid-direttur maniġerjali ta’ Together Gaming Solutions, b’apprezzament għal din il-kollaborazzjoni.