Internazzjonali

Tmut l-attriċi Helen McCrory

L-attriċi Helen McCrory, li ħadet sehem fil-films Peaky Blinders u Harry Poter, tilfet il-ġlieda għal ħajjitha wara battalja twila mal-marda tal-kanċer.

Kien żewġha Damian Lewis li ħabbar it-telfa tal-attriċi u li jinsab qalbu muġugħa għall-mod kif hi tilfet il-ġlieda għal ħajjitha.

Damian spjega li Helen mietet fir-residenza tal-koppja, imdawra minn għadd ta’ qraba u ħbieb.