Sport Sport Ieħor

Vladyslava Kravchenko bi prestazzjoni eċċellenti fl-Ingilterra

Vladyslava Kravchenko kellha prestazzjonijiet tajbin ħafna fil-British Parlympic International Meet fejn irnexxielha tikseb l-aħjar ħin personali fil-100 metru freestyle b’ħin ta’ 2:42.26.

Kravchenko tinsab ukoll viċin li tipparteċipa fil-Logħob Paralimpiku f’Tokyo hekk kif irnexxielha tidħol fil-ħin minimu stipulat fil-50 metru butterfly, b’ħin ta’ 1:14.20. L-għawwiema Maltija rnexxielha wkoll tgħaddi għal finali tal-50 metru backstroke, b’ħin ta’ 1:03.37.

Bħalissa, Kravchenko tinsab għaddeja bl-istudji tagħha bl-istudji u t-taħriġ tagħha fl-Universita’ ta’ Loughborough fl-Ingilterra, fejn hija rikonoxxuta bħala l-aqwa Universita’ fid-dinja fejn jidħol sport. Vladyslava Kravchenko hija wkoll iċ-chairperson tal-Malta Paralympic Athlete’s Council.

Aktar kmieni dan ix-xahar, diversi għawwiema parlamipiċi Maltin esprimew diżappunt u tħassib għal-projbizzjoni tal-isport f’pajjiżna, fejn qalu li dan jista’ jkun ta’ detriment għal parteċipazzjoni tagħhom fil-Logħob Paralimpiku ta’ Tokyo is-sajf li ġej.