L-ammont ta’ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa tela’ għal 409, hekk kif fl-aħħar sigħat mietu 4 persuni kaġun ta’ dan il-virus. Fost il-vittmi hemm raġel ta’ 61 sena li tilef ħajtu fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
It-tliet vittmi l-oħra huma żewġt irġiel ta’ 77 u 79 sena, u mara ta’ 63 li kienu jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei.
Fl-aħħar sigħat intant ġie mħabbar li nstabu 67 każ ġdid, bl-ammont ta’ każijiet attivi issa tela’ għal 608. In-numru totali ta’ każijiet li nstabu minn Marzu ‘l hawn issa hu dak ta’ 29,927.
Aħbar pożittiva hi li bejn il-Ġimgħa u Sibt fiequ 38 persuna, biex l-ammont ta’ każijiet li fiequ huwa dak ta’ 28,910.
Sa issa ħadu t-tieni doża tal-vaċċin 82,482 persuna.
Matul il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci spjegat li tlett kwarti mill-każi ġodda li qed jiġu rreġistrati lokalment huma tal-varjant tar-Renju Unit, fejn miċ-ċifri li ppreżentat jidher li fl-aħħar sebat ijiem il-persuni rikoverati fl-isptarijiet żdiedu.
Charmaine Gauci nsistiet għal darb’oħra dwar l-importanza li l-pubbliku jibqa’ jilbes il-maskri protettivi u saħqet li għad m’hemmx ħjiel dwar kemm ser isservi l-immunità tal-vaċċin, filwaqt li ma eskludietx li jingħata booster.
//= $special ?>