Il-lealtà kontinwa tal-Prinċep Philip lejn ir-Reġina Eliżabeta – Is-servizz tiegħu lejn in-nazzjon – Il-kuraġġ li kellu – Iċċelebrati waqt li d-Duka ta’ Edinburgh ingħata l-aħħar tislima waqt ċerimonja fil-Kastell ta’ Windsor. L-aspetti ċerimonjali tal-ġurnata kienu konformi max-xewqat tal-Prinċep Philip fejn kien riflett l-affiljazzjoni militari tiegħu u l-elementi personali ta’ ħajtu.
Aktar minn 730 membru tal-forzi armati ħadu sehem fiċ-ċerimonja li bdiet ftit qabel it-3pm ħin tal-Ingilterra fejn inżammet ukoll minuta silenzju madwar il-pajjiż kollu. Sparar ċerimonjali f’disa ’postijiet madwar ir-Renju Unit immarka l-bidu u t-tmiem tas-silenzju.
Minħabba restrizzjonijiet ta’ COVID-19, fil-Kappella ta’ San Ġorġ kienu preżenti biss 30 persuna inkluż ir-Reġina, l-erbat itfal tagħhom – il-Prinċep ta’ Wales, il-Prinċipessa Rjali, id-Duka ta’ York u l-Konti ta’ Wessex kif ukoll it-tmien neputijiet tal-familja Rjali, fosthom il-Princpijiet Harry u William. Harry wasal Londra b’titjira mill-Istati Uniti, għalkemm martu Meghan ingħatat il-parir li ma tattendix minħabba li qed tistenna tarbija.
Fatt interessanti kien li t-30 mistieden fil-funeral libsu l-kowtijiet jew l-hekk imsejjħa ilbies ta’ matul il-ġurnata. Dan huwa differenti ferm mill uniformi militari li normalment naraw il-familja Irjali biha f’ċerimonji bħal dawn.
Il-Prinċep Philip miet fil-Kastell ta’ Windsor il-Ġimgħa 9 ta’ April, fl-età ta’ 99 u wara l-funeral, tnizzel fir-Royal Vault. It-tebut tiegħu twassal f’purċissjoni lejn il-West Steps tal-Kastell permezz ta’ Land Rover li ddisinja d-Duka nnifsu.
Waqt il-pruċissjoni, wara t-tebut kien hemm disa’ membri tal-Familja Rjali fosthom il-Prinċipessa Anne u l-Prinċep Charles. Is-servizz tal-funeral tmexxa mid-Dekan ta’ Windsor, bl-Arċisqof ta’ Canterbury jagħti l-barka.
Fatt interessanti hu li waħda mill-midalji li ngħata l-Prinċep Philip tul ħajtu kienet il-Midalja ta’ Malta li ngħatatlu fl-1992 wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Intant, fl-Ajruport ta’ Heathrow l-ebda ajruplan ma niżel jew telaq għal sitt minuti sħaħ biex ma jikkoinċediex mas-skiet li kien hemm madwar il-pajjiż.
Net Television wassal xandira speċjali, li bdiet fit-3:15pm fejn apparti diskusjoni qabel u wara l-funeral li fiha kien hemm numru ta’ interventi u intervisti bil- funeral jixxandar b’mod dirett.
//= $special ?>