Coronavirus Internazzjonali

Covid-19: Il-vittmi tal-pandemija jilħqu t-3 miljun persuna

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja laħqu it-3 miljun persuna hekk kif numru ta’ pajjiżi qed ikomplu jaffaċjaw aktar każijiet tal-varjant, b’pajjiżi bħal Brażil, l-Indja u Franza l-aktar li qed iħossu dan l-impatt.

Ir-rata ta’ mwiet kuljum kaġun tal-virus telgħat għal 12,000 filwaqt li sa issa qed jinstabu 700,000 każ kuljum.

Il-Brażil qed jara mat-3,000 mewta kuljum, bil-WHO tgħid li dan il-pajjiż qed jara l-inferm permezz ta’ din il-pandemija.