Sport Sport Ieħor

Fabio Quartararo fuq quddiem fil-Grand Prix ta’ Portimao

Fabio Quartararo se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix ta’ Portimao li se jkun qed isir fil-Portugall. Din se tkun l-ewwel darba dan l-istaġun li Quartararo se jkun qed jibda fuq quddiem u se jkun segwit minn Alex Rins ta’ Suzuki.

Johann Zarco ta’ Ducati se jkun qed jibda mit-tielet post filwaqt li sieħbu fit-tim Jack Miller se jibda mir-raba’ post. Franco Morbidelli ta’ Yamaha se jitlaq mill-ħames post filwaqt li fl-ewwel tellieqa tiegħu sa minn Awwissu Marc Marquez se jkun qed jibda mis-sitt post. Aleix Espargaro u Luca Marini se jkunu qed jibdew mis-seba’ u mit-tmien post rispettivament filwaqt li ċ-champion renjanti Joan Mir se jibda mid-disa’ post. Miguel Oliveira ta’ KTM se jkun qed jibda mill-għaxar post.

MOTO GP

Kif se jibdew: 1. F. Quartararo, 2. A. Rins, 3. J. Zarco, 4. J. Miller, 5. F. Morbidelli, 6. M. Marquez, 7. A. Espargaro, 8. L. Marini, 9. J. Mir, 10. M. Oliveira, 11. F. Bagnaia, 12. M. Vinales, 13. A. Marquez, 14. P. Espargaro, 15. B. Binder, 16. E. Bastianini, 17. V. Rossi, 18. D. Petrucci, 19. I. Lecuona, 20. L. Savadori, 21. T. Nakagami