Lokali

“Il-Maltin fakkru bl-isbaħ mod il-memorja tal-Prinċep” – Il-President fuq BBC

“Għal Malta, l-aħbar tal-mewt tal-Prinċep Philip wasslet biex il-Maltin ġeddew il-memorja tiegħu matul iż-żmien li għix u żar lil pajjiżna.”

Kien dan kliem il-President ta’ Malta, George Vella waqt kollegament fuq BBC News… propju ftit ħin wara t-tmiem tal-funeral tal-Prinċep Philip.

Il-President tkellem dwar ir-rabta li kellu l-Prinċep u l-familja tiegħu ma’ pajjiżna.

“Kien jgħix fil-villa ta’ zijuh, Lord Mountbatten, magħrufa bħala Villa Gwardamanga. Qattgħu madwar sentejn hemmhekk. L-aħħar darba li ltqajt mar-Reġina, f’Marzu tal-2020, hi ddiskrivit dawl is-snin li għixet f’Malta bħala l-isbaħ żmien ta’ ħajjitha,” qal il-President ta’ Malta.

Il-President temm il-kollegament li kellu fuq BBC billi wera l-unur li l-Maltin għandhom għaż-żmien li l-Prinċep qatta’ f’pajjiżna. Hu qal ukoll li Villa Gwardamangia se tkun qed tfakkar lil koppja għaż-żmien li għamlu f’pajjiżna billi se tiġi restawrata u tinfetaħ bħala mużew.