Ambjent Lokali

Il-Moviment Graffitti jitlob li jitneħħa ċ-Chairperson tal-ERA

Bħala grupp li jfforma parti mill-NGOs li l-missjoni tagħhom hija wkoll li jippreservaw l-ambjent tal-pajjiż u r-riżorsi ambjentali tiegħu, il-Moviment Graffitti jitlob għat-tneħħija ta’ Victor Axiak mill-kariga tiegħu bħala Chair Person tal-ERA.

Din it-talba toħroġ mill-fatt li Victor Axiak, ripetutament u bla mistħija matul l-aħħar ftit snin, aġixxa u vvota kontra l-benesseri ambjentali ta’ Malta. Il-Moviment Graffitti jisħaq li minflok ma aġixxa bħala gwardjan għar-riżorsi ambjentali limitati tagħna, u jiggwida kif xieraq lill-ERA, Victor Axiak għażel li jingħaqad mal-iżviluppaturi u l-bennejja tat-toroq, u b’hekk jinjora l-benesseri pubbliku u t-tħassib dwar il-konservazzjoni.

Skond il-Moviment Graffitti, Victor Axiak uża l-vot tiegħu fil-bord tal-awtorità tal-ippjanar biex jiġġustifika l-qerda ta’ meded kbar ta’ art billi ta il-barka biex jibda l-proġett ta’ Central Link. Ironikament, minħabba li din l-art tinħarat, tista’ titqies bħala riżorsa ambjentali, iżda l-iżvilupp tal-bini f’pajjiżna qed taħdem fid-direzzjoni opposta b’veloċità qawwija.

Il-Moviment Graffitti saħaq ukoll li riċentament, l-ERA tat il-barka tagħha biex tibda il-qerda tas-siġar tal-ħarrub maturi f’Ħad-Dingli. Dan ukoll huwa f’kontradizzjoni diretta mad-dikjarazzjoni tal-missjoni ta’ l-ERA.

Il-Moviment Graffitti għal darb’oħra ikkundanna l-approvazzjoni tal-ERA rigward id-diżastru ekoloġiku li seħħ f’Kemmuna, fuq ordnijiet tal-Ministeru ta’ Għawdex, li jammonta għal pass skandaluż ieħor biex ittaffi l-interessi tan-negozju għad-detriment tal-ambjent nazzjonali.

Din l-mġieba ripetuta u diżonesta minn persuna f’pożizzjoni bħal din ġiet kkundannata mil-Moviment Graffitti, u għalhekk jisħaq li m’għandux għażla oħra ħlief li jitlob li għat-tneħħija ta’ Victor Axiak mill-rwol tiegħu bħala president tal-ERA.

Il-Moviment Graffitti jemmen li s-suċċessur ta’ Victor Axiak għandu jkun individwu dedikat, motivat u indipendenti minn rabtiet attwali jew preċedenti ma’ żviluppaturi, gruppi tan-negozju u lobbies oħra, u li jista’ verament jiggwida lill-Awtorità tar-Riżorsi Ambjentali biex issir regolatur rispettabbli.