Ambjent Lokali Transport

Il-proġett tal-Marsa: nuqqas ta’ pjan… tant li s-siġar kellhom jitneħħew

Ritratt: Għaqda Siġar Maltin

“Huwa evidenti li fil-proġett tal-Marsa ma kien hemm l-ebda pjan fit-tul li jħares dawn is-siġar fis-snin li ġejjin.”

Dan qalitu Għaqda Siġar Maltin fuq post ta’ Facebook fejn qalu li s-siġar li tħawlu, li jinkludu dawk tal-Ballut, taż-Żebbuġ u taċ-Ċipress, m’għandhomx l-ammont ta’ spazju li jirrekjedu la darba iktar ‘il quddiem dawn jikbru sew. Huma qalu li hu tajjeb ħafna li jitħawlu s-siġar iżda l-Gvern kellu jara li dan il-pass isir b’għaqal u viżjoni.

L-Għaqda tgħid li s-siġar tal-Ballut kapaċi jilħaq l-għoli ta’ 20 metru, iżda liema siġar jinsabu mħawlin biss ftit metri ‘il bogħod minn xulxin u mpoġġijin direttament taħt strutturi tal-konkos.

Iżda dan mhux biss! Jidher li wara li ġew imħawla siġar taċ-Ċipress direttament taħt pont ta’ flyover, dawn tneħħew kmieni dalgħodu.

Huma għalqu l-ħsieb tagħhom billi qalu li siġar li jiġu mħawwla f’kuntest urban iridu jitħawlu bi ħsieb li jara kif is-siġar ħa jaffetwaw lil xulxin biex b’hekk jimmaturaw kompletament u mhux naraw biss in-numru.

Ritratt: Għaqda Siġar Maltin