Internazzjonali

Illum tingħata l-aħħar tislima lil Prinċep Philip

Net Television b'xandira speċjali li tibda fit-3:15pm

Il-funeral tal-Prinċep Philip, id-Duka ta’ Edinburgh, se jsir illum is-Sibt, fit-3pm ħin tar-Renju Unit (fl-4pm ħin f’Malta), fil-Kappella ta’ San Ġorġ f’Windsor Castle.

Qabel il-bidu tal-funeral se tkun qed tinżamm minuta silenzju mal-pajjiż kollu.

Kollox se jinżamm fil-privat, bit-tebut se jittieħed lejn il-West Steps tal-Kastell abbord land rover li l-Prinċep Philip stess kien iddiżinja.

Min-naħa tiegħu, il-Prinċep Harry se jkun qed jattendi għaċ-ċerimonja f’titjira mill-Istati Uniti, għalkemm martu Meghan ingħatat il-parir li ma tattendix minħabba li qed tistenna tarbija.

Għaċ-Ċerimonja Rjali, se jkunu segwiti r-restrizzjonijiet tal-Gvern Ingliż, fejn mhux aktar minn 30 persuna se jkunu jistgħu jattendu.

Net Television se jkun qed iwassal xandira speċjali li tibda fit-3:15pm fejn apparti diskusjoni qabel u wara l-funeral, l-istess funeral se jkun imxandar b’mod dirett.