Futbol Sport

Illum tispikka Chelsea kontra Man City fis-semi finali tal-FA Cup

Illum tintlagħab l-ewwel semi finali tal-FA Cup bejn Chelsea u Manchester City. Chelsea se jkunu qegħdin jaspiraw li jilħqu l-finali tal-FA Cup għall-ħmistax-il darba, it-tielet l-aktar tim li lagħab finali ta’ din it-tazza, wara Arsenal (21) u Man Utd (20). Filwaqt li ż-żewġ timijiet ġejjin minn kwalifikazzjoni fis-semi finali tal-UEFA Champions League, l-FA Cup hija mportanti għaż-żewġ klabbs. Manchester City għadhom fl-erba’ kompetizzjonijiet li ħadu sehem fihom u qed jsapiraw li jsir l-ewwel tim Inlgiż li jirbaħ l-erba’ kompetizzjonijiet fi staġun wieħed. Min-naħa l-oħra Chelsea se jkun qed jħarsu li jirbħu dan it-titlu f’dak li jkun l-ewwel trofew tal-lowċ Thomas Tuchel mat-tim ta’ Londra.

Fis-semi finali l-oħra Leicester jilgħabu kontra Southampton fejn Southampton ħarġu rebbieħa fl-aħħar żewġ konfronti bejn iż-żewġ timijijet fil-kompetizzjoni. Minkejja dan Leicester se jkunu qegħdin li jagħlqu l-istaġun pjottost pożittiv li kellhom fil-Premier League Ingliż bir-rebħ ta’ dan l-unur, wara li fl-2016 kienu rebħu l-Premier League Ingliż bl-aktar mod sorprendenti. Filwaqt li Leicester qatt ma rebħu l-FA Cup iżda waslu erba’ darbiet sal-finali, Southampton rebħu dan it-trofew prestiġjuż fl-1976 wara li għelbu lil Manchester United fil-finali.

Tkompli wkoll it-32 ġurnata tal-Premier League Ingliż

Sadanittant, il-partiti tal-Premier League li kienu skedati illum kellhom jiġu mċaqalqa minħabba il-funeral ċerimonjali tal-Prinċep Philip, fejn se jintlagħbu żewġ konfronti biss. Għada, il-Ħadd imbagħad l-Premier League jkompli bid-derby ta’ North West London bejn Arsenal u Fulham. Minkejja il-pożizzjoni xejn sabiħa li jinsabu fiha Arsenal fil-klassifika tal-Premier League Inlgiż, huma għadhom ġejjin minn riżultat tajjeb fejn għelbu lil Sheffield United u Slavia Prague fil-UEFA Europa League. Min-naħa l-oħra għal Fulham tliet punti huma imperattivi fil-ġlieda tagħhom li jsalvaw posthom fl-ewwel diviżjoni Ingliża.

Għada ukoll Manchester United jilgħabu kontra Burnley fejn Man Utd se jkunu qegġdin ifittxu li jiksbu żewġ rebħiet fl-istess staġun kontra Burnley sa mill-1975/76. Wara r-rebħiet kontra Tottenham u Granada fl-Europa League Man Utd se jħarsu li jkomplu fuq din il-ġimgħa pożittiva li kellhom. Għal Burnley tliet punti jiswew daqs mitqlu deheb hekk kif b’rebħa jinqatgħu sewwa mit-timjiet li qed jiġġieldu sabiex jsalvaw posthom fil-Premier League.

FA Cup : Illum: Chelsea v Man City 6.30pm Għada: Leicester v Southampton 7.30 pm

Premier League: Ilbieraħ: Everton v Tottenham 2-2, Illum: Newcatle v West Ham 1.30pm, Wolves v Sheffield United 9.15pm, Għada: Arsenal v Fulham 2.30pm, Man Utd v Burnley 5.00pm, It-Tnejn: Leeds v Liverpool 9.00pm