Futbol Sport

Jispikka l-konfront bejn Napoli u Inter fil-31 ġurnata tas-Serie A

Mill-31 ġurnata tas-Serie A jispikka l-konfront bejn Napoli u l-leaders Inter fl-iStadio Diego Armando Maradona. Inter jinsabu f’forma tajba ħafna fis-Serie A hekk kif rebħu l-aħħar ħdax-il partita, fejn rebħu wkoll it-tliet partiti li lagħbu kontra Napoli taħt it-tmexxija ta’ Antonio Conte. Min-naħa l-oħra Napoli jinsabu żewġ punti taħt Atalanta fil-ħames post, fejn b’rebħa jidħlu fil-postijiet tal-UEFA Champions League.

Partita oħra li tispikka hija bejn Atalanta u Juventus biż-żewġ timijiet jinsabu posizzjoni u punt ‘il bogħod minn xulxin fil-klassifika, b’Juvetnus fit-tielet post bi’62 punt. Minkejja li Juventus ftit li xejn fadlilhom tama li jirbħu l-kampjonat, il-pressjoni fuqhom sabiex jirbħi tibqa’ hemm, b’Andrea Pirlo għadu jrid jikkonvinċi lil gerarkija ta’ Juventus li hu l-aħjar kowċ sabiex imexxi t-tim l-istaġun li ġej. Għal Atalanta l-aħħar rebħa kontra Juventus fis-Serie A tmur lura għal 2001, b’Juventus jirbħu biss konfront mill-aħħar sitt partiti fil-kompetizzjonijet kollha bejn daw iż-żewġ timijiet.

Sadanittant it-tim fit-tieni post tal-klassifika jilqgħu lil Genoa fl-iStadio Giuseppe Meazza, fejn din is-sena il-forma f’darhom ma kinitx tal-livell mistnni minn Milan. Minkejja dan Milan rebħu erba’ mill-aħħar sitt konfronti kontra Genoa, fejn tilfu partita waħda biss minnhom. Għal Milan rebħa f’dan il-konfront hija bżonnjuża jekk iridu jżommu posthom fit-tieni post tal-klassifika, hekk kif jinsabu puntbiss fuq Juventus.

Min-naħa l-oħra Torino jilqgħu f’darhom lit-tim li jinsab fis-seba’ posizzjoni tas- Serie A Roma. Minkejja li fil-kampjonat Roma m’humiex fil-posizzjoijiet tal-Ewropa, il-kwalifikazzjoni li kisbu kontra Ajax fil-UEFA Europa League għandha tgħolli l-moral ta’ dan it-tim għal dan il-konfront hekk kif irnexxielhom jirbħu seba’ mill-aħħar tmien konfronti kontra Torino. Għal Torino tliet punti huma mperattivi hekk kif jridu li jkomplu jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni, fejn sa issa jinsabu posizzjoni fuq Cagliari b’ħames punti vantaġġ, li qegħdin fit-tmintax-il post.

Illum: Sampdoria v Hellas Verona 3.00pm, Crotone v Udinese 3.00pm, Sassuolo v Fiorentina 6.00pm, Cagliari v Parma 8.45pm Għada: Milan v Genoa 12.30pm, Atalanta v Juventus 3.00pm, Bologna v Spezia 3.00pm, Lazio v Benevento 3.00pm, Torino v Roma 6.00pm, Napoli v Inter 8.45pm