Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jirbaħ il-Pole Position għad-99 darba

(Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix ta’ Emiglia Romagna li se jkun qed isir fl-Italja. Hamilton se jkun segwit mis-sewwieqa ta’ Red Bull Sergio Perez u Max Verstappen li temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Għal Lewis Hamilton din kienet id-99 darba matul il-karriera tiegħu li rebaħ il-Pole Position.

Charles Leclerc ta’ Ferrari u Pierre Gasly ta’ Alpha Tauri se jkunu qed jibdew mir-raba’ u mill-ħames post filwaqt li s-sewwieqa ta’ McLaren Daniel Ricciardo u Lando Norris se jkunu qed jibdew mis-sitt u mis-seba’ post rispettivament. Valtteri Bottas se jibda fit-tmien post filwaqt li Esteban Ocon se jkun qed jitlaq mid-disa’ post. Fl-għaxar post se jkun qed jibda s-sewwieq ta’ Aston Martin Lance Stroll.

FORMULA 1

Kif se jibdew: 1. L. Hamilton 1:14.411, 2. S. Perez 1:14.446, 3. M. Verstappen 1:14.498, 4. C. Leclerc 1:14.740, 5. P. Gasly 1:14.790, 6. D. Ricciardo 1:14.790, 7. L. Norris 1:14.875, 8. V. Bottas 1:14.898, 9. E. Ocon 1:15.210, 10. L. Stroll