Lokali

Malta ssellem lill-Prinċep Philip

Mat-tokki ta’ nofsinhar, b’disa’ tiri ta’ kanuni li ġew sparati mill-Barrakka ta’ Fuq, Malta sellmet lil Prinċep Philip.

Ir-rabta tad-Duka ta’ Edinburgh ma’ Malta se tibqa’ mnaqqxa fl-istorja ta’ pajjiżna. Ir-Reġina Eliżabetta minn naħa tagħha dejjem iddeskriviet bi kliem sabih il-perjodu meta l-kopja rjali għexet f’Malta; ‘il boghod mill-attenzzjoni tal-media Ingliza. F’dak il-perjodu l-Prinċep Philip kien stazzjonat Malta mar-Royal Navy.

Id-Duka ta’ Edinbrugh kien iżur lil Malta b’mod frekwenti. Hu kien rega’ ġie f’pajjiżna meta ngħatajna l-Indipendenza frott il-ħidma tal-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier. Dan filwaqt li ma naqsux zjarat ohra tul is-snin – fosthom waqt il-laqghat tac-CHOGM.

Intant, l-Moviment George Cross fakkar il-memorja tal-Priċep b’diversi messaġġi u bukketti tal-fjuri li tpoġġew barra Villa Guardamangia fil-Pietà.. magħrufa wkoll bħala Casa Medina. Preċiżament fejn għexu l-Prinċipessa Eliżabetta qabel ma saret Reġina u l-Prinċep Philip, fl-ewwel snin taż-żwieġ tagħhom, bejn l-1949 u l-1951.

Ritratti: Matthew Tabone