Sport Sport Ieħor

Mya Azzopardi tirbaħ l-Atleta Żgħażugħa tax-Xahar għal Marzu

L-għawwiema ta’ 18-il sena Mya Azzopardi rebħet l-unur tal-Atlas Atleta Żgħaugħa tax-Xahar għal Marzu.

Azzopardi rebħet dan l-unur wara l-prestazzjonijiet mill-aqwa tagħha fil-kompetizzjoni ‘International Turkcell’ li kienet organizzata mit-Turkish Swimming Federation. Hi rnexxielha twaqqaf rekord nazzjonali fil-200 metru freestyle wara f’ħin ta’ 2:06.48 fejn tejjbet fuq ir-rekord tagħha stess dak ta’ 2:06.76. Azzopardi rnexxielha wkoll twaqqaf tliet rekords oħra nazzjonali fl-400 metru u l-100 metru medley individwali kif ukoll fl-400 metru freestlye.

Fl-400 metru medley individwali, Azzopardi għamlet ħin ta’ 4:57.75 biex kisret ir-rekord ta’ Francesca Falzon Young fl-2016. Fil-100 metru medley individwali, Azzopardi kisbet ħin ta’ 1:05.54 fejn tejjbet fuq il-ħin tagħha stess tal-2017. Fl-400 metru freestyle, Mya Azzopardi tejjbet fuq il-ħin tagħha stess ta’ Jannar tas-sena li għaddiet meta rnexxielha tagħmel ħin ta’ 4:21.37.

L-għawwiema ta’ 18-il sena kienet fost l-10 atleti Maltin li attendew għal kamp ta’ taħriġ li nżamm f; Erzurum fit-Turkija bi preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’Malta sentejn oħra.

It-trofew tal-Atlas Atleta tax-Xahar kif ukoll il-voucher abbinatt ma’ dan l-award se jkunu qed jingħataw lil Azzopardi matul il-ġimgħat li ġejjin hekk kif bħalissa tinsab barra l-pajjiż tkompli bit-taħriġ tagħha. Dan l-award jingħata b’kollaborazzjoni bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u l-Atlas Insurance.