Futbol Sport

Norwich City promossi għall-Premier League

Norwich City kisbu l-promozzjoni għall-Premier League meta għad fadal ħames partiti sa tmiem il-kampjonat. Huma se jkunu fl-azzjoni aktar tard llejla kontra Bournemouth iżda kienu xorta promossi wara li Bretnford u Swansea naqsu milli jirbħhu l-partiti tagħhom.

It-tim ta’ Daniel Farke kien relegat l-istaġun li għadda mill-Premier League u wara li ddominaw fiċ-Championship kisbu lura promozzjoni mmedjata wara staġun wieħed biss.

Għadd ta’ players kienu strumentali fil-kisba tal-promozzjoni fosthom il-players Todd Cantwell, Max Aarons u Emi Buendia, bl-attakkant Fillandiż Teemu Pukki jiskorja l-maġġoranza tal-gowls tal-Canaries.