Lokali

Raġel jittieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku

Għall-ħabta tal-12.10pm, xufier ta’ mutur tat-Transport Malta ittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ taħt il-mini f’Santa Venera.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-ħabta seħħet bejn vettura tal-għamla Volkswagen Golf, misjuqa minn raġel ta’ 44 sena mill-Ħamrun, u mutur misjuq mill-vittma ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa iżda jidher li mhix waħda gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.