Lokali

AĠĠORNATA: Żewġ persuni jittieħdu l-isptar wara inċident fiż-Żejtun

Sewwieq u passiġġier ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu nvoluti f’inċident bejn żewġ vetturi fi Triq Bormla, iż-Żejtun għall-ħabta tas-12.50 ta’ wara nofsinhar.

Fl-ewwel karozza kien hemm sewwieq ta’ 22 sena residenti Marsaskala bejn fortuntatament ma sofra l-ebda ġrieħi. Fit-tieni vettura kien hemm is-sewwieq ta’ 27 sena residenti ż-Żejtun u passiġġier ta’ 25 sena residenti Santa Venera.

Fuq il-post issejħu membri tal-pulizija u numru ta’ ambulanzi biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittmi. Iktar tard huma ttieħdu l-Isptar għal kura, bil-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ritratti: Bernie Dimech