Sport

Arti Marzjali u Triathlon fl-24 programm ta’ ‘SPORT EXTRA’

Illum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar il-programm numru 24 mis-serje SPORT EXTRA . Minkejja lil-isport f’pajjiżna jibqa’ ristrett minħabba l-pandemija tal-Covid19, il-programm xorta qed jibqa’ jkun ta’ servizz għall-isport b’intervisti u tagħrif dwar dixxiplini li mhux soltu jsibu post fi programmi oħra.

Fl-ewwel parti tal-programm l-attenzjoni fuq l-Arti Marzjali fejn fil-ġranet li għaddew Charles Camenzuli ltaqa’ ma’ CHRISTOPHER CARL VELLA, sinonimu mat-taekwondo u hapkido fejn waqt li kien Malta kien diskuss l-aħħar ktieb tiegħu ‘ Self defence & self development’ .

Fit-tieni parti it-triatleta DANICA BONELLO SPITERI b’tagħrif kemm dwar l-aħħar suċċess li kellha fl-Ironman f’Dubai bit-tieni post miksub fil-kategorija 40 – 44 sena , kif wkoll dwar is-sitwazzjoni attwali minħabba nuqqas ta’ kompetizzjonijiet.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Bernie Dimech u Michael Farrugia .