Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Ebda fatalità rrapportata – 39 każ ġdid

Huma 39 il-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa – dan ifisser li t-total ta’ każi rreġistrati sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna issa qed jammontaw għal 29,966.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn is-Sibt u l-Ħadd ma ġiet rrapportata ebda fatalità kawża tal-pandemija u għaldaqstant il-vittmi tal-virus f’pajjiżna għadu qed jammonta għal 409.

Dan filwaqt li l-persuni rreġistrati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa kienu jammontaw għal 52 bit-total ta’ mfejqa jkun dak ta’ 28,962 bil-każi attivi issa jammontaw għal 595.

Sas-Sibt it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 84,152.