Formula 1 Sport

Formula 1: L-ewwel Grand Prix ta’ Miami fl-2022

Il-Formula 1 ħabbret li se tkun qed torganizza l-ewwel Grand Prix f’ Miami fl-Istati Uniti, wara ftehim ta’ 10 snin mal-belt fi Florida.

Il-Grand Prix f’Miami se ssir fil-Hard Rock Stadium fit-trakka twila 3.36 mili, il-ground tat-tim tal-NFL Miami Dolphins. Din se tkun it-tieni tellieq fl-Istati Uniti wara l-Grand Prix f’Austin, Texas. It-tellieqa hu maħsub li se ssir fit-tieni kwart tas-sena, għalkemm għada ma ħarġitx data uffiċjali.

Il-Presdient u l-uffiċjal eżekuttiv Stefano Domenicali qal li din se tkun opportunita’ sabiex jkompli jikber l-isport fis-suq Amerikan, fejn f’dan il-pajjiż kibret sew il-popolarita’ tal-isport.