Fil-jiem li gejjin, il-PN ser ikun qed qiegħed jizvela aktar proposti godda…din id-darba ghall-qasam turistiku. Dan gie zvelat il-Hadd mill-gazzetta ILLUM.
Il-Partit Nazzjonalista, fost l-oħrajn, mistenni jipproponi li titnaqqas il-VAT għal 7% fejn jidħol l-akkomodazzjoni, servizzi f’ristoranti, kif ukoll bars.
Il-PN qed jipproponi li taxxi dovuti għal din is-sena u s-sena li għaddiet minn kumpaniji u operaturi fl-istess industrija jitħallsu sal-2027 …minflok f’ħames snin.
Skont l-ILLUM…proposta oħra hi li it-turisti li jiġu f’pajjiżna jiġu pprovduti ċentri tal-ittestjar b’xejn għall-Covid-19, li jinkludu wieħed f’Għawdex.
Il-Partit Nazzjonalista jrid li l-ħlas ta liċenzji ta’ coaches, dgħajes, taxis u open buses jiġi pospost għal 18-il xahar. Qed tiġi proposta wkoll għotja ta’ darba… ta’ mhux aktar minn 25,000 ewro lill-entitajiet turistiċi liċenzjati għall-din is-sena u s-sena d-dieħla.
Il-Partit Nazzjonalista mal-proposti tiegħu qed jippjana r-riġenerazzjoni ta’ Buġibba, San Pawl il-Baħar u Paceville kif ukoll pjan ta’ akkomodazzjoni u infrastrttura għan-nofsinhar ta’ Malta.
Skont il-proposti ippubblikati mill-ILLUM, il-PN irid li kull student li jiġi f’pajjiżna sabiex jistudja l-Ingliz, jingħataw borza ta’ studju ta’ 50 euro fil-Ġimgħa… b’limitu massimu ta’ 600 ewro lil kull student.
Jidher li dawn huma biss ftit mill-ħafna proposti li qed iħejji l-Partit Nazzjonalista għas-settur turistiku, b’beneficcji kbar għall-operaturi u l-ħaddiema f’dan is-settur.
//= $special ?>