Internazzjonali

Imut Felix Silla – l-attur famuż għall-irwol tiegħu f’The Addams Family u Star Wars

Kellu 84 sena l-attur Italo-Amerikan Felix Silla, illi miet matul il-lejl li għadda fl-Istati Uniti.

Silla kien popolari immens anke f’pajjiżna għar-rwol uniku li kellu f’The Addams Family, fil-karattru tal-kuġin Itt.

L-attur twieled fl-Italja fl-1937. Iżda fl-1955 kien trasferixxa ruħu lejn l-Amerika fejn kiseb suċċess enormi fis-settur ċinematografiku.

Silla kien ukoll popolari għar-rwol li kellu fi Star Wars: Return of the Jedi.