Lokali Qorti

Ipprova jaħrab mistoħbi f’kontejner

Żagħżugħ miċ-Chad kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li nstab ħati li pprova jaħrab minn Malta mistoħbi f’kontejner.

Adam Ismail tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu mixli mill-Pulizija li iktar kmieni l-Ħadd filgħodu stess kien f’kontejner fuq il-katamaran li kien sejjer lejn Sqallija ma kellux dokumenti fuqu.

Iż-żagħżugħ ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u l-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, ikkundannatu għal sitt xhur ħabs.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Sammut filwaqt li l-akkużat kien assistit mill-Avukat Joe Brincat.