Futbol Sport

Leicester jegħlbu lil Southampton u jgħaddu għall-finali tal-FA Cup

(Ritratt: EPA)

Fit-tieni semi finali tal-FA Cup, f’Wembley Stadium quddiem 4000 partitarju, Leicester City għelbu 1 – 0 lil Southampton sabiex għal ħames darba fl-istorja tal-klabb waslu sal-finali tal-FA Cup – kompetizzjoni li iżda qatt ma rebħu. L-aħħar dehra tagħhom fil-finali kien fl-1968-69. Ebda gowl matul l-ewwel taqsima bid-difiżi rispettivi b’xi mod jikkontrollaw kull fażi offensiva opposta. Fil-55 minita Leicester marru fil-vantaġġ. Azzjoni mibdija minn Jamie Vardie b’ KELECHI IHEANACHO ra t-tentattiv salvat minn Fraser Forster bl-istess plejer segwa l-azzjoni u għeleb lil istess Forster. Gowl li kien biżżejjed għal post fil-finali bl-appuntament li jmiss ikun kontra Chelsea li fl-ewwel semi finali kienu għelbu lil Manchester City.