Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix ta’ Imola

Max Verstappen ta’ Red Bull Racing rebaħ il-Grand Prix ta’ Imola f’Emilia Romagna, l-Italja. Fit-tieni u t-tielet post segwewh l-Ingliżi Lewis Hamilton ta’ Mercedes kif ukoll Lando Norris ta’ Mclaren.

It-tellieqa kienet ikkaraterizzata minn diversi inċidenti kkważati mix-xita li laqtet ir-reġjun. Il-Grand Prix kellha tiġi sospiża għal fuq minn tletin minuta minħabba inċident bejn George Russell ta’ Alpine Racing u Valteri Bottas ta’ Mercedes.

Fir-raba’ post spiċċa Charles Leclerc ta’ Ferrari segwit minn sieħbu tal-istess tim Carlos Sainz. Daniel Ricciardo ta’ McLaren daħal fis-sitt post, b’Lance Stroll jidħol fis-seba’ post. Pierre Gasly fuq AlphaTauri spiċċa fit-tmien post filwaqt li Kimi Raikkonen temm fid-disa’ post. Esteban Ocon ta’ Alpine irnexxielu jidħol fil-posizzjoni tal-punti hekk kif temm fl-għaxar post.

Fernando Alonso ta’ Alpine daħal fil-ħdax-il post biex segwewh Sergio Perez, Yuki Tsunoda u Antonio Giovanizzi fit-tnax, fit-tlettax u fl-erbatax-il post. Sebastian Vettel fuq Aston Martin kellu Grand Prix diżappuntanti hekk kif temm fil-ħmistax-il post, segwit minn Mick Schumacher fuq Haas.

Nikita Mazepin temm fis-sbatax-il post filwaqt li Valteri Bottas, George Russell u Nicholas Latifi ma temmewx il-Grand Prix fl-Italja.