Sport Sport Ieħor

Moto GP: Fabio Quartararo jirbaħ il-Gran Prix tal-Portugall

Fabio Quartararo fuq Yamaha rebaħ il-Gran Prix tal-Portugall fiċ-ċirkwit tal-Algrave International Circuit. Francesco Bagnaia temm spiċċa fit-tieni post filwaqt li Joan Mir fuq Suzuki daħal għamel il-podium fit-tielet post.

Franco Morbidelli ta’ Yamaha spiċċa fir-raba’ post filwaqt li Brad Binder u Aleix Esparagaro temmew fil-ħames u fis-sitt post rispettivament. Marc Marquez u Alex Marquez spiċċaw fis-seba’ u fit-tmien post, filwaqt Enea Bastianini ta’ Ducati temmi fid-disa’ post. Takaaki Nakagami spiċċa fl-għaxar post segwit minn Maverick Vinales.

It-tliet Taljani Luca Marini, Danilo Petrucci u Lorenzo Savadori temmew fit-tnax, fit-tlettax u fl-erbatax-il post. Iker Lecuona spiċċa fil-ħmistax-il post segwit minn Miguel Oliviera u Johann Zarco, fis-sittax u fis-sbatax-il post. Fit-tmintax-il post temm Alex Rins segwit minn Valentino Rossi, Jack Miller u Pol Eparagaro, li temm fl-aħħar posizzjoni.