Futbol Sport

Replay tal-lejla, b’servizz b’differenza u riċerkat dwar ir-rebħ tal-Kampjonat Premier minn Ħamrun

Ritratt ta' Mark Zammit Cordina

Replay tal-lejla l-Ħadd, li jibda fit-8:30pm fuq Net Television, se jkun qed iwassal servizz speċjali, oriġinali u riċerkat fid-dettall, dwar is-suċċess miksub minn Ħamrun Spartans dan l-istaġun, bir-rebħ tal-Kampjonat Premier, għat-tmien darba fl-istorja u wara 30 sena.

Dan is-servizz, b’kitba u produzzjoni ta’ Christian Micallef, se jkun qed iwassal informazzjoni partikolari, unika u tassew interessanti li mingħajr dubju se tkun qed tnissel kurżitá kbira fost id-dilettanti tal-futbol lokali, u mhux biss partitarji ta’ Ħamrun Spartans. B’mod konċiż u mexxej, iżda ukoll b’muntaġġ viżwali li jkompli jagħti kulur lil dan is-servizz speċjali, Micallef se jkun qed jispjega s-suċċess tal-iSpartans b’numri sempliċ, fattwali u riċerkati, kemm fuq livell individwali bħala plejers, kif ukoll bħala kollettiv.

Replay jibda fit-8:30pm fuq Net Television.