Internazzjonali

William u Harry: Xaqq ta’ dawl għar-relazzjonijiet bejn l-aħwa?

Il-Prinċep William, id-Duka ta’ Cambridge u l-Prinċep Harry, id-Duka ta’ Sussex, dehru jitkellmu ma’ xulxin fi tmiem il-funeral għall-Prinċep Philip – ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta – li sar is-Sibt fil-kappella tal-Kastell ta’ Windsor, fl-Ingilterra.

William u Harry ilhom suġġetti għall-iskrutinju tal-media mindu tilwima bejniethom iggravat sew fl-aħħar xhur u sal-punt fejn huma waqfu jkellmu lil xuldin. Intant, xi ġurnali issa qed jaraw ‘ħjiel ta’ dawl’ wara li l-aħwa rjali dehru jiddiskutu ma’ xulxin fil-preżenza ta’ Katherine, id-Dukessa ta’ Cambridge, huma u ħerġin mill-kappella.

Din kienet l-ewwel laqgħa pubblika bejn William u Harry mindu talaħħar – ‘il fuq minn sena ilu — warrab għad-doveri tiegħu bħala membru tal-Familja Rjali. Intant, Harry, waqt il-famuża intervista mal-preżentatriċi Amerikana tat-talk shows, Oprah Winfrey, kien ammetta dwar ‘il-problemi’ bejnu u William u sostna li huma kienu qabdu ‘toroq differenti min ta xulxin’.

Nhar is-Sibt, iż-żewġ prinċpijiet imxew wara t-tebut tal-Prinċep Philip li kien qed jitwassal sal-kappella iżda bejnhom – bħala parti mill-‘protokoll’ — kien hemm il-kuġin tagħhom Peter Phillips, li hu t-tifel tal-Prinċipessa Anne.

Il-mixja solenni kellha sseħħ kważi 24 sena wara li l-aħwa kienu mxew flimkien waqt il-funeral, fl-1997, ta’ ommhom, il-Prinċipessa Diana ta’ Wales li tilfet ħajjitha waqt inċident bil-karozza f’Pariġi.