Lokali

Żagħżugħ jitlef ħajtu u ieħor bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fil-limiti tar-Rabat

Għodwa traġika l-Ħadd filgħodu hekk kif sfortunatament żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħ’Attard, tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ fi Triq l-Infetti, fil-limiti tar-Rabat, qrib iz-zona tas-Saqqajja, meta għal xi raġuni s’issa mhux magħrufa vettura kellha impatt vjolenti ma’ siġra li tinsab fil-ġenb tat-triq.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku b’Ambulanza, flimkien ma’ Uffiċjali tal-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fejn sfortunatament ix-xufier tal-karozza ġie iċċertifikat mejjet fil-post, filwaqt li żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħ’Attard, li kien passiġġier miegħu ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn kelliema għall-Pulizija spjegaw li ġarrab ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.