Lokali

Żagħżugħa tweġġa’ wara li ħabtet bil-karozza ma’ siġra

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħa ta’ 25 sena minn Marsaskala sofriet xi feriti wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.15pm fi Triq il-Buskett meta ż-żagħżugħa kienet qed isuq il-karozza tat-tip Toyota u, għal xi raġuni tilfet il-kontroll u ħabtet f’siġra.

Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku b’Ambulanza li taha l-ewwel għajnuna qabel maż-żagħżugħa ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

NET News jinsab infurmat li hemm, hi kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi, aktarx kawża ta’ xi ksur, iżda fortunatament mhix fil-periklu li titlef ħajjitha.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.