Lokali

Żgħażagħ ixxukjati wara l-mewt ta’ Julian Spiteri

Julian Spiteri, żagħżugħ ta’ 19-il sena huwa l-vittma tal-inċident li seħħ dalgħodu fi Triq l-Infetti, l-Imdina.

Il-vittma li kien qed isuq karozza tat-tip Volkswagen Bora għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’siġra. Mal-impatt, il-magna tal-karozza spiċċat in-naħa l-oħra tat-triq.

Jidher li flimkien mal-vittma kien hemm Matthew Tabone, żagħżugħ ieħor ta’ 19-il sena minn Ħ’Attard li kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara li ġarrab ġrieħi gravi fl-istess inċident.

Diversi żgħażagħ jinsabu maħsuda bil-mewt ta’ Julian… żagħzugħ li qed jistudja il-liġi fl-Universita’ ta’ Malta..żagħzugħ li kien deskritt bħala rispettabli u li dejjem tarah bit-tbissima fuq wiċċu.