Fl-aħħar sigħat instabu 60 każ ġdid tal-Covid-19, fejn fejn il-Ħadd u t-Tnejn fiequ mill-virus 41 persuna. Din l-informazzjoni ħarġet fuq il-paġna tas-Saħħa fuq Facebook, hekk kif issa l-każijiet attivi telgħu għal 614.
Aħbar pożittiva hi li fl-aħħar 24 siegħa ħadd ma tilef ħajtu kaġun tal-virus biex il-vittmi tal-Coronavirus f’pajjiżna baqgħu 409.
Il-każijiet totali minn Marzu 2020 ‘l hawn issa qabżu t-30,000, bil-każijiet totali jlaħħqu 30,026.
Fl-aħħar sigħat saru 1,580 swab test u s’issa ħadu t-tieni doża tal-vaċċin 84,933.
Issa ninsabu ġimgħa ‘l bogħod minn meta suppost għandhom jifħtu l-ħwienet non-essenzjali, bi stennija li ħafna fl-ewwel jiem jirrikorru għax-xiri minn dawn il-ħwienet.
L-awtoritajiet tas-saħħa qed ikomplu jtennu li anke jekk persuna tkun tlaqqmet biż-żewġ dożi tal-vaċċin, xorta wiehed irid jibqa’ jirispetta l-miżuri restrittivi, fosthom bl-ilbies tal-maskra u d-distanza soċjali.
Issa, hekk kif it-temp qed jibda jisħon u l-jum jitwal, ikomplu l-appelli mill-esperti tas-saħħa biex kulħadd jibqa’ attent. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa diversi reħewlha lejn il-bajjiet, uħud bl-ewwel għawma tas-sena.
//= $special ?>