Lokali Parlament

Dawk li jgħixu fi djar ta’ kwalità baxxa huma f’riskju ta’ problemi ta’ saħħa mentali

Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li l-persuni li jgħixu fi djar ta’ kwalità baxxa huma f’riskju kbir ta’ saħħa mentali.

Fil-parlament Mario Galea tkellem dwar ir-rabta li hemm bejn id-djar ta’ livell baxxa u s-saħħa mentali u qal li hu importanti li jinstab bilanċ bejn id-dirtitjiet ta’ min jikri u l-kerrejj. Hu sostna li l-problema ta’ dan il-bilanċ hu waħda mill-ikbar sfidi u għalhekk għandu jsir minn kollox biex ikunu evitati l-każi li jispiċċaw quddiem il-qorti.

Jirriżulta li l-każi quddiem il-qorti huma waħda mir-raġunijiet tas-suwiċidju, sostna Mario Galea, li kompla li l-maġġoranza ta’ dawk li jikru l-propjetà huma anzjani.

Teżisti wkoll problemi għas-sidien li għandhom mikrija bi ftit flus u li wliedhom jkollhom jonfqu l-eluf kbar biex jixtru l-propjetà għaliex il-propjetrà hi okkupata minn persuni oħra. Jeħtieġ jinstab metodu ieħor minbarra l-qorti għall-kwistjonijiet bejn min jikri u s-sidien tal-propjetà.

Id-deputat Nazjzonalista qal li dawn il-problema qed joħolqu pressjonijiet kbar u jkabbar l-problemi ta’ saħħa mentali. Hu tratta l-fatt li fil-pajjiż hawn nies bla dar li huma l-aktar kategorija ta’ nies li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Hawn ukoll persuni li l-karta tal-identità hi fuq l-Isptra Montè Carmeli għaliex m’għandhomx post fejn jgħxu.