Lokali Qorti

Disa’ xhur ħabs fuq passaport falz Ġermaniż

Immigrant żagħżugħ mis-Somalja, residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far ġie kkundannat disa’ xhur ħabs wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Victor Axiak ta’ 21 sena li pprova jaħrab minn Malta b’passaport falz Ġermaniż.

Abdifatah Eidle ta’ 21 sena kien wieġeb mhux ħati meta kien tressaq il-Qorti fit-30 ta’ Marzu li għadda iżda t-Tnejn, ddeċieda li jammetti li fid-29 ta’ Marzu li għadda ipprova jitlaq mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Huwa ammetta li ffalsifika l-passaport li kien f’isem ħaddieħor, ċertu Omar Abdukadir bid-dokument jgħid li kellu permess ta’ residenza Ġermaniża, li rriżulta li kien wieħd falz.

Il-Qorti qieset is-severità tar-reat u l-fatt ukoll li Eidle ammetta fi stadju bikri, għalkemm mhux għal kollox tal-proċeduri. L-Ispettur Huber Gerada mexxa l-Prosekuzzjoni.