Lokali

Ebda Proklama għall-Koħħu u l-aħwa Degiorgio; Carmelo Abela jirrekuża ruħu

Kif żvela Net News dalgħodu b’mod esklussiv, illum il-Kabinett ta deċiżjoni dwar il-Maħfriet Presidenzjali li kien hemm pendenti.

Il-Kabinett tal-Ministri fil-fatt iddeċieda li jagħti l-parir lill-President biex ma jilqax it-talba għall-proklama li għamlu Alfred Degiorgio, George Degiorgio u Vince Muscat. B’hekk, il-Maħfriet Presidenzjali mhux se jingħataw.

Il-Gvern qal fi stqarrija illi qabel il-laqgħa tal-Kabinett, il-Ministru Carmelo Abela ddikjara li fid-dawl tal-akkużi li saru fuqu, iddeċieda li jirrikuża ruħu.